A.I.S.E
Il-Karta

Il-Karta

Ġie verifikat b’mod indipendenti li kumpanniji li japplikaw għall-Karta għal Tindif Sostenibbli jieħdu in konsiderazzjoni s-sostenibilità fl-iżvilupp u l-manifattura tal-prodotti tagħhom. Huma jassiguraw li l-prodotti tagħhom huma manifatturati b’mod sigur, jieħdu ħsieb ta’ l-ambjent permezz ta’ l-użu aktar effiċjenti ta’ kimiċi u riżorsi naturali (eż. l-ilma). Huma jassiguraw ukoll permezz tal-ġestjoni effettiva li l-prodotti li jipproduċu huma aktar siguri għall-użu intenzjonat. L-għan huwa sabiex jiġu promossi xempji ta’ produzzjoni u ta’ konsum sostenibbli.

Il-kumpanniji kollha li huma msieħba fl-iskema jipprovdu data sabiex jippermettu l-eżekuzzjoni globali ta’ l-industrija tas-sapun, deterġenti u prodotti għaż-żamma ta’ manutenzjoni tajba skond aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali li għandhom jiġu mkejjla. Huma jwiegħdu wkoll li jipprovdu informazzjoni dwar is-sigurtà tal-konsumatur u ta’ min jixtri l-prodotti b’mod aħjar.

Għal aktar dettallji dwar din l-inizjattiva, jekk jogħġbok fittex f’dan is-sit jew ikkuntattja lill-assoċjazzjoni nazzjonali għall-industrija tiegħek jew direttament lill-kumpannija.