Prodotti tat-tindif tad-dar huma siguri meta jiġu wżati u maħżuna skond l-istruzzjonijiet dettalljati ta’ fuq it-tikketta. Kun żgur li dejjem taqra b’attenzjoni l-istruzzjonijiet ta’ l-użu. Il-frażijiet u l-ikoni li ġejjin (li jinsabu fuq l-imballaġġ ta’ deterġenti u prodotti tat-tindif minn Ottubru 2005) għandhom dejjem jiġu meħuda in konsiderazzjoni.
Żomm il-bogħod mit-tfal.
Żomm il-bogħod mill-għajnejn. Jekk il-prodott jidħol fl-għajnejn laħlaħ tajjeb bl-ilma.
Aħsel u nixxef idejk tajjeb wara l-użu.
Persuni b'ġilda sensittiva jew danneġġjata għandhom jevitaw kuntatt fit-tul mal-prodott.
Tiekolx dan il-prodott. Jekk il-prodott jiġi mikul fittex attenzjoni medika.
Tibdilx il-kontenitur sabiex taħżen il-kontenut.
Tħallatx ma' prodotti oħra.
Ventilazzjoni tajba fil-kamra hija rikjesta wara l-użu.
Ittrasferixxi l-kontenut ta' refill għal ġewwal-kontenitur oriġinali biss.